Menu

Celebrity Maltese Chefs and Recipe Enthusiasts

Stuffat tal-Qarnit

Sajjar il-qarnit fiż-żejt taż-żebbuġa għal minuta jew tnejn. Itfa' l-ħaxix u l-ħwawar u kompli sajjar għal 2 minuti oħra. Qaxxar il-larinġa u żid il-qoxra mal-qarnit. Agħsar il-meraq tagħha u żidu wkoll flimkien mal-kunserva. Itfa' l-patata l-ħelwa, u għattih bl-istokk u ħallih jagħli. Għattih u ħallih itektek fuq nar baxx għal madwar 35 minuta. Issa itfa' ċ-ċiċri, il-piżelli, il-kosbor u l-meraq tal-lumi. Servi l-qarnit bi flieli tal-lumi aħdar, kosbor u ħobż mixwi.

Kalzone bil-Faqqiegħ u l-Ġobon

Agħmel l-għaġina tal-pizza skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Sadanittant ipprepara l-mili. Saħħan kuċċarina żejt f'taġen kbir u aqli l-faqqiegħ sakemm jieħu l-kulur għal madwar 8 minuti. Żid it-tewm, iċ-chili u l-klin u sajjar għal minuta oħra. Itfa' l-krema u mgħarfa ilma u neħħi t-taġen minn fuq in-nar. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 220C jew 200C bil- fann/gass numru 7. Iftaħ l-għaġina b'dijametru ta' 30 ċm. Ferrex it-taħlita tal-faqqiegħ fuq nofs l-għaġina u ħalli 2 ċm mit-tarf vojt. Ferrex il-ġobon. Agħlaq l-għaġina u agħfas it-trufijiet. Dellek bil-kumplament taż-żejt u itfagħha f'dixx tal-forn u sajjar għal 15-20 minuta sakemm togħla u tieħu l-kulur. Aqtagħha min-nofs u servi ma' ftit insalata.

Vegetarian Tacos with Sour Cream an...

Saħħan iż-żejt f'taġen u aqli l-basal u l-bżaru aħmar għal 4 minuti. Żid l-ikkapuljat u sajjar għal 2 minuti qabel ma żżid il-pakkett tal-ħwawar. Ħawwad kollox flimkien u żid ftit mgħaref ilma u sajjar fuq nar baxx għal 5-6 minuti. Sadanittant, ħallat flimkien il-krema friska u l-meraq tal-lumi u poġġiha fil-friġġ. Hekk kif ikun sar, itfi n-nar u żid il-fażola ħamra u l-kosbor. Sabiex isservi, saħħan il-forom tat-tacos u imlihom bit-taħlita tal-laħam. Fil-wiċċ, żid biċċiet żgħar tal-avokado u ferrex ftit krema.

Osso Buco

Roxx ftit bżar u melħ fuq il-laħam. Saħħan ftit żejt ġo taġen imdaqqas u qalli l-laħam malajr fuq żewġ naħat sakemm jiġi kannella. Neħħi l-laħam mit-taġen. Qatta’ l-basal biċċiet żgħar u aqlih fl-istess taġen tal-laħam. Żid it-tadam imqatta’, iz-zokkor u l-mixed spice. Sajjar għal ftit minuti. Żid id-dqiq, il-faqqiegħ, l-inbid u l-ilma, ftit bżar u melħ, u qoxra ta’ larinġa maħkuka.Kompli għalli u sajjar fuq nar baxx. Poġġi t-taħlita ġo casserole, żid il-laħam u kompli sajjar fil-forn b’temperatura baxxa ghal madwar 25 minuta. Servi ma’ ftit patata maxx u ftit ħaxix.

Balbuljata bil-Qarabagħli

Saħħan iż-żejt f'taġen fuq nar medju u sajjar il-basal għal madwar 2 minuti. Żid il-karrotti u t-tewm u kompli aqli waqt li tħawwad minn ħin għal ieħor. Żid il-piżelli, l-istokk tat-tiġieġ, u l-bżar u l-melħ. Kompli aqli għal minuta oħra u żid issa l-ikkapuljat u sajjar sakemm ikun imsajjar tajjeb. Żid issa l-qarabagħli u kompli aqli sakemm isir iżda tħallihx jirtab iżżejjed. Mat-taħlita ħallat il-kunserva, iz-zokkor u l-ilma u kompli aqli għal 2 minuti. Ħabbat il-bajd fi skutella u żidu mal-ingredjenti l-oħra fit-taġen sakemm jitħallat kollox f'daqqa. Żid il-ġobon maħkuk u servi.

Insalata taċ-Ċfuf bit-Tonn taż-Żejt

Għalli l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Aħsel u qattar tajjeb il-ħass. Qattgħu f'biċċiet u żidu mal-għaġin. Saffi t-tonn taż-żejt u żidu mal-għaġin flimkien maż-żebbuġ, il-bżar u l-melħ. Ħawwad tajjeb. F'reċipjent ieħor, ħallat il-mayonnaise ma' ftit yogurt flimkien mal-ħabaq. Ħawwad sakemm l-ingredjenti kollha jitħalltu flimkien. Ferrex din it-taħlita fuq l-għaġin. Żejjen il-wiċċ tal-insalata bil-blalen tal-mozzarella.

Minted Felafel Couscous Salad with ...

Start this recipe by making the falafel. Mash the chickpeas in a bowl and mix in the onion, garlic, mint, parsley, egg yolk, flour and season with salt and pepper.  Mix to a paste, adding in a little breadcrumb if to soft. Allow to sit in the fridge for 15 minutes before forming into patties and coat in the breadcrumbs. When ready, either shallow fry or place on a baking tray, drizzle with olive oil and bake in the oven at 200°C for 10-12 minutes. Meanwhile, make up the lemon couscous with hot water and allow to absorb. When ready, mix in the roasted pepper, cucumber, pistachios and salad leaves and spoon into 2 deep serving plates. Lay the falafel on top and spoon the mustard BBq sauce into 2 small bowls and serve on the side in the salad plates.

Insalata tal-Għaġin bl-Ispinaċi

Sajjar l-għagin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Aħsel tajjeb l-ispinaċi. Neħħi z-zkuk kollha u poġġih ġod-dixx mal-għaġin fejn se sservi l-insalata. Fl-istess dixx, żid nofs il-ġobon maħkuk, it-tadam imqatta’ f’ biċċiet, u t-tadam imqadded, iż-żejt u bżar u melħ. Ħawwad tajjeb. Fil-wiċċ roxx il-bqija tal-ġobon. Servi.