Menu

Celebrity Maltese Chefs and Recipe Enthusiasts

Burgers tal-Laħam

Itfa' l-ikkapuljat tal-laħam fi skutella flimkien mal-basal u l-bajda u ħawwad tajjeb. Aqsam it-taħlita f'erbgħa. Xarrab ftit idejk u bil-mod fforma t-taħlita f'erba' blalen, f'daqs ta' blalen tat-tennis. B'idejk agħfashom 'l isfel sabiex tiċċattjahom għal madwar 3ċm ħxuna. Ara li l-ħxuna tal-burgers hija ta' kollha l-istess sabiex isiru lkoll indaqs. Agħmilhom fi platt, għattihom u ħallihom fil-friġġ għal madwar nofs siegħa. Saħħan il-barbecue fuq nar medju (għal madwar 40 minuta). Idlek bi ftit żejt naħa minnhom tal-burgers u itfagħhom bin-naħa taż-żejt 'l isfel fuq il-barbecue. Sajjar għal 5 minuti sakemm il-laħam jibda jieħu ftit kulur. Iċċaqlaqhomx għaliex jistgħu jeħlu. Itfa' ftit żejt in-naħa l-oħra u dawwarhom. Tagħfasx 'l isfel fuq il-laħam għaliex joħroġ il-meraq kollu. Sajjar għal 5 minuti oħra jekk tiggosta l-laħam imsajjar medju. Jekk tippreferi l-laħam roża fin-nofs, sajjar minuta inqas fuq kull naħa. Jekk trid il-laħam imsajjar iżjed, sajjar għal minuta oħra. Neħħi l-burgers minn fuq il-barbecue u ħallihom joqogħdu ftit fuq platt. Aqsam erba' panini min-nofs. Poġġihom rashom 'l isfel fuq l-ixkaffa tal-barbecue u ħallihom għal minuta sakemm jieħdu ftit kulur. Itfa' burger ġo kull panina u żid l-ingredjenti li tiggosta.

Insalata tal-Għaġin Ikkulurita

Cook the pasta until it is still a little al dente (2 mins less than the pack instructions) and drain well. Cook the green beans in simmering water for 2 mins, then rinse in cold water and drain well. Mix the tuna with the Mayor mayonnaise and Hanini yogurt. Add the chives, if using. Tip the pasta into a large glass bowl or four small ones, or four wide-necked jars (useful for taking on picnics). Spoon the tuna dressing over the top of the pasta. Add a layer of green beans, followed by a layer of cherry tomatoes, then the pepper and Mayor sweetcorn. Cover and chill until you’re ready to eat.

Torta tal-Awrat

Pour the oil in a pan and fry the seabream fillets until cooked well. When ready, let to cool down, clean from all bones and chop into small pieces. In the same pan, cook the garlic, onions, marrows, olives, mixed herbs, tomatoes. When cooked, add the marrowfat peas and anchovies and mix with the seabream. Mix well. Roll out half the pastry, cover a lined oven dish and brush with the beaten egg. Add the seabream filling and cover with the other half of the pastry. Egg wash and sprinkle sesame seeds on top. Bake at 200 ° for around 40 minutes until golden.

Recipe by Mill-Kcina ta’ Pawlina

Cocktail tal-Gambli

Qaxxar il-gambli kollha minbarra 4 (dawn ħallihom sabiex iżżejjen fl-aħħar). Iftaħ il-ħass u qassmu f'4 tazzi wisgħin. Itfa' l-gambli fuq il-ħass u żid il-bżar. Ħallat flimkien il-mayonnaise, iċ-chutney tat-tadam, worcester sauce, horseradish u l-hot pepper sauce flimkien. Żid il-meraq tal-lumi, bżar u melħ. Ferrex din it-taħlita fuq il-gambli. Roxx ftit paprika u kurrat. Fil-wiċċ poġġi l-gambli li warrabt fil-bidu u servi minnufih. Tista' sservi ma' ħobż ismar.

Torta tal -Pastizzi

Preheat the oven to 180°c. In a medium-size bowl mix ricotta, grated gibna roll, pecorino, grana, beans, raisins, pepper, parsley & 3 eggs together. Set aside. Roll out around 400g of short crust pastry. Transfer dough to a 30cm pie dish, gently fit into the dish and trim the edges. Beat an egg and brush the dough with it. This creates a seal. Gently spread the ricotta mixture and fold the edges. Place 6 large (still frozen) pastizzi and 6 party size ones to create the ‘crust’ Make sure to cover most of the surface. Add a tablespoon of milk to the remaining beaten egg and mix well. Brush the surface completely and bake until golden brown. This should take between an hour to 75mins.

Chilli Veġetarjan

Saħħan iż-żejt f'taġen kbir fuq nar baxx-medju u aqli l-karrotti, il-karfus, il-basal u l-ħwawar għal 10-12 minuti, billi tħawwad kontinwament sakemm il-ħaxix jirtab. Itfa' t-tewm u l-bżari tal-kulur u sajjar għal 5 minuti oħra sakemm jibdew jirtabu. Żid iċ-chili u l-paprika, għolli n-nar, ħawwad u sajjar għal minuta. Itfa' l-kunserva u sajjar għal minuta oħra. Itfa' l-fażola kollha, il-polpa u l-istokk tal-ħaxix. Ħawwad tajjeb, ħallih jagħli, baxxi n-nar u ħallih itektek. Sajjar għal 25-35 minuta sakemm il-fażola tirtab u z-zalza tgħaqqad ftit. Servi mar-ross, ġobon cheddar maħkuk u jekk tiggosta krema qarsa.

Noodles bil-Coconut

Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200°C/180°C fuq il-fann jew gass numru 6. Prepara dixx fond tal-forn bl-għatu. Jekk m'għandekx għatu, uża ftit foil. Saħħan iż-żejt fih fuq nar baxx u aqli l-coconut l-imfarrak għal 3-4 minuti jew sakemm jieħu ftit kulur (ibqa' miegħu għaliex faċli jinħaraq). Żid iz-zalzett, it-tewm, iż-żagħfran tal-Indja (turmeric), il-bżar, is-sauce tal-ħut, iż-żejt tal-ġunġlien, il-melħ, il-weraq tar-rand, il-ħalib tal-coconut u l-kunserva mielħa. Żid in-nar u ħawwad kollox flimkien. Aqsam in-noodles min-nofs b'idejk u ferrex fit-taħlita tal-coconut. Żid it-tiġieġ u għaddsu fit-taħlita flimkien man-noodles. Għatti bl-għatu u sajjar fil-forn għal madwar 30-35 minuta, jew sakemm it-tiġieġ u n-noodles ikunu saru sew. Qassam fi platti fondi u servi bil-weraq tal-kosbor u jekk tiggosta ftit flieli tal-lumi.

Fenek il-forn bil-Gin

Poġġi l-fenek f'dixx tal-forn u idilku biz-zlazi tal-BBQ u l-ketchup. Żid l-istokk, it-tewm imqatta', il-basla, il-ħwawar in-nexfin u t-tursin. Ferrex iż-żejt taż-żebbuġa, żid il-gin u itfa' ftit bżar. Għattih bil-foil u sajjar f'temperatura ta' 200 C għal siegħa. Neħħi l-foil u kompli sajjar għal 15-il minuta oħra viċin il-grilja sabiex jieħu iżjed kulur u jiġi jqarmeċ.