Stuffat tal-Qarnit
Serves 2
Prep Time 25 mins
Cooking 50 mins
Level low
Ingredjenti
- 2 Qarnit żgħir
- 2 Sinniet tewm
- 1 Basla mqattgħa
- 1 Karrotta, imqaxxra u mqattgħa
- 1 Patata ħelwa, imqaxxra u mqattgħa
- ½ Kuċċarina ġinġer frisk, imqatta'
- ½ Kuċċarina turmeric mitħun
- 1 larinġa
- 2 Ħlewwa Stellata (star anise)
- 1 Bastun Kannella
- 2 Mgħaref kunserva
- 1 Bott ċiċri
- 140g bott piżelli tal-Mayor
- Kosbor frisk
- Litru stokk tal-ħaxix
- Flieli ta' lumi aħdar
- Żejt taż-żebbuġa
Sajjar il-qarnit fiż-żejt taż-żebbuġa għal minuta jew tnejn. Itfa' l-ħaxix u l-ħwawar u kompli sajjar għal 2 minuti oħra. Qaxxar il-larinġa u żid il-qoxra mal-qarnit. Agħsar il-meraq tagħha u żidu wkoll flimkien mal-kunserva. Itfa' l-patata l-ħelwa, u għattih bl-istokk u ħallih jagħli. Għattih u ħallih itektek fuq nar baxx għal madwar 35 minuta. Issa itfa' ċ-ċiċri, il-piżelli, il-kosbor u l-meraq tal-lumi. Servi l-qarnit bi flieli tal-lumi aħdar, kosbor u ħobż mixwi.
Ricetta ta’ Aceline