Menu

Insalata tal-Kuskus bil-Falafel tan-Nagħniegħ

Serves 4
Prep Time 35 mins
Cooking 20 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 2 bottijiet ta' 200g ċiċri tal-Mayor, maħsulin u msaffin
  • 2 Basal aħdar, imqatta'
  • 2 Sinniet tewm, imqattgħin fini
  • 2 Mgħaref nagħniegħ, imqatta'
  • 2 Mgħaref tursin, imqatta'
  • 1 Isfar tal-bajd
  • 1 Mgħarfa dqiq taċ-ċiċri
  • 3-4 Mgħaref frak kbir tal-ħobż (panko)
  • Żejt għall-qali jew għall-ħami
  • Għandek bżonn ukoll:
  • 1 Bżaru aħmar, mingħajr żerriegħa u mixwi
  • Ħjara, daqs 2 pulzieri, maqtugħa tawwalija u rqiqa
  • 100g Kuskus tan-nagħniegħ u l-lumi
  • Weraq tal-insalata mħallat
  • 1 Kuċċarina pistaċċi, mfarrkin
  • 4 Mgħaref BBQ sauce
Ibda billi tagħmel il-falafel. Għaffeġ iċ-ċiċri fi skutella u ħallat magħha l-basal, it-tewm, in-nagħniegħ, it-tursin, l-isfar tal-bajda, id-dqiq, u bżar u melħ. Ħawwad kollox flimkien u jekk it-taħlita tiġi maħlula ħafna, żid ftit frak tal-ħobż. Ħalliha toqgħod fil-friġġ għal 15-il minuta qabel ma tifforma l-pulpetti u tgħattihom bil-frak tal-ħobż. Kif tlestihom, aqlihom fiż-żejt jew poġġihom f'dixx tal-forn, ferrex ftit żejt taż-żebbuġa u sajjarhom f'tempearatura ta' 200°C fil-forn għal 10-12-il minuta. Sadanittant ipprepara l-kuskus tal-lumi bi ftit misħun u ħallih jinxtorob. Kif ikun lest, żidlu l-bżar il-mixwi, il-ħjar, il-pistaċċi u l-weraq tal-insalata. Aqsmu f'2 platti. Poġġi l-falafel fil-wiċċ. Agħmel il-BBQ sauce bil-mustarda f'2 skutelli żgħar u servihom mal-ġenb fil-platti tal-insalata.°C for 10-12 minutes. Meanwhile, make up the lemon couscous with hot water and allow to absorb. When ready, mix in the roasted pepper, cucumber, pistachios and salad leaves and spoon into 2 deep serving plates. Lay the falafel on top and spoon the mustard BBq sauce into 2 small bowls and serve on the side in the salad plates. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.