Celebrity Maltese Chefs and Recipe Enthusiasts
Ricotta Cheese & Pea Filp Tort...
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200`C. Idlek dixx tond tat-torti ta' 26ċm bi ftit żejt taż-żebbuġa. Poġġi 4 strixxi għaġina madwar id-dixx kollu (idlek kull waħda bi ftit żejt) b'tali mod li jkollok in-naħat kollha mgħottija u jkollok ftit żejda mat-truf. F'kazzola, itfa' t-trab tas-soppa ma' 300ml ħalib u saħħan sakemm tiġi magħquda billi tħawwad kontinwament. Neħħiha minn fuq in-nar. F'kontenitur kbir, għaffeġ il-piżelli b'furketta. Żid l-irkotta u s-soppa u ħallat kollox flimkien. Itfa' din it-taħlita fid-dixx tat-torta, itwi ż-żejjed tal-għaġina fuq it-taħlita u idlek bil-kumplament taż-żejt. Żejjen il-wiċċ tat-torta biż-żewġ strixxi tal-għaġina li jkun fadal u erġa' idlek bi ftit oħra żejt. Ferrex il-ġunġlien fil-wiċċ u sajjar it-torta f'temperatura ta' 200`C għal madwar 30 minuta sakemm isir il-mili u l-għaġina tieħu l-kulur. Oħroġha mill-forn u ħalliha toqgħod għal 15-il minuta qabel ma tneħħiha mid-dixx u sservi.
Sweet and Sticky Chicken and Pineap...
Ibda billi tħawwad flimkien il-qoxra u l-meraq tal-larinġa, il-BBQ sauce u l-biċċiet tal-felfel. Żid il-biċċiet tat-tiġieġ u ħawwad tajjeb. Ħallihom għal 30 minuta qabel ma tgħaddihom mill-istikek flimkien mal-pineapple u l-bżar aħmar. Itfa' ftit żejt taż-żebbuġa u sajjar fuq il-BBQ sakemm jieħdu l-kulur u jkunu saru. Sadanittant,sajjar il-kuskus bil-misħun u ħallih jixxarrab għal 5 minuti qabel ma tħawdu b'furketta. Itfa' ż-żejt taż-żebbuġa, in-nagħniegħ il-frisk u l-lewż inkaljat. Uża l-aktar avokado misjura sabiex tipprepara d-dipp (guacamole). Sabiex isservi, poġġi l-qoxra tal-pineapple fuq injama apposta u imliha bit-taħlita tal-kuskus. Poġġi l-istikek tat-tiġieġ fuq l-injama u agħmel id-dipp tal-avokado ġo kontenitu fil-ġenb. Żejjen bil-flieli tal-lumi, nagħniegħ u l-felfel.
Bajd Mimli
Għalli l-ilma f'kazzola kbira, u żid il-bajd waħda waħda sakemm jerġa' jagħli. Ħallih għal minuta, itfi n-nar u ħalli l-bajd fil-kazzola għal 12-il minuta. Sadanittant, imla kontenitur kbir bl-ilma kiesaħ, u itfa' ftit silġ. Wara li l-bajd ikun qagħad għal tnax-il minuta, itfagħhom fl-ilma kiesaħ għal 15-il minuta - mhux iżjed - qabel ma tqaxxarhom mill-qoxra bil-mod. Aqsam il-bajd min-nofs mit-tul u neħħi bil-mod l-isfar minn kull nofs u itfgħu f'kontenitur. Poġġi l-aħjar 18-il nofs bajda fi platt. Mat-taħlita tal-isfra tal-bajd, żid il-mayonnaise, kuċċarina mustarda, il-melħ, il-paprika u ftit sauce li jaħraq. Ħawwad kollox flimkien u għaffeġ b'furketta. Fl-aħħar uża blender sabiex tkompli tħallat it-taħlita tajjeb. Żid iż-żejt u kompli ħawwad bil-blender. Ara jekk hemmx bżonn iżżid ftit melħ u bżar jew jekk tridhiex taħraq iżjed. Ġeneralment jintużaw żewġ kuċċarini mustarda u ftit iżjed sauce li jaħraq, imma idealment iżżidu ftit ftit. Żid ftit ilma b'idek sabiex ikollok konsistenza tajba fit-taħlita sabiex tuża piping bag. Itfa' t-taħlita fil-piping bag bl-għamla ta' stilla u imla n-nofsijiet tal-bajd. Tista' wkoll titfa' t-taħlita tal-isfra tal-bajd billi tuża żewġ kuċċarini. Xerred ftit paprika u kurrat biex iżżejjen.
Pizza Għawdxija bil-Ħobż Naan
Spread the tomato sauce on the naan bread and sprinkle the shredded mozzarella. Add your favourite ingredients and finish off with fresh rosemary and chopped Peppered Cheeselet. Drizzle with olive oil and bake in a preheated 220°C oven for about 15 minutes or until is well baked. Add fresh basil and serve.
Torta ta lampuki
Chop the lampuki fillets into small squares. Chop the onions, garlic cloves, mint, and basil leaves into small pieces. Fry the onions and garlic in olive oil. Add the mint and basil and keep frying until onions turn golden. Lower the heat and add the fish without cooking completely. In the meantime, mix the mashed cauliflowers and cooked spinach well and chop the black olives and anchovies into small pieces. Add the spinach and cauliflower mix, olives, capers, and anchovies to the fish. Cook for a few minutes and then add the tomato puree, some salt and pepper and the lemon zest. Remove from the heat and add one lightly beaten egg. Mix well. Roll out the pastry and line over a greaseproof paper in a pie dish. Fill in with the lampuki mixture and use the other pastry to cover the pie. Brush with the lightly beaten egg and sprinkle with some sesame seeds. Make a few slits in the top of the pie and bake for around 50-60 minutes in a hot oven.
Torta tal-Fenek
Qatta' l-fenek f'dadi ta' 2ċm. Saħħan taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa u sajjar il-fenek sakemm jieħu ftit kulur. Neħħih mit-taġen u żid il-karrotti, basal, karfus u tewm fl-istess taġen u sajjar sakemm jieħdu ftit kulur. Itfa' l-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar mal-kunserva u kompli sajjar għal minuta oħra. Erġa' poġġi l-fenek fit-taġen, itfa' l-inbid u ħallih jinxtorob. Żid l-istokk, tazza ilma, it-tadam u l-patata u ħallih itektek għal kwarta. Meta jkun lest, neħħih minn fuq in-nar u żid il-piżelli. Sadanittant, poġġi l-għaġina sfiljorata f'dixx tat-torti ta' 20ċm u itfa' t-taħlita tal-fenek u erġa' għatti bl-għaġina. Idlek il-wiċċ tal-għaġina b'bajda mħabbta u sajjar fil-forn f'temperatura ta' 175°C għal 35 minuta jew sakemm tieħu l-kulur.
Avocado bil-Gambli
If using frozen prawns, allow the prawns to defrost first! In a frying pan, heat the oil and add the prawns and garlic. Lightly pan fry them for a few minutes. Remove the prawns from the pan and place them on kitchen paper so that the oil is absorbed from them. Wash the avocados and cut vertically through the middle. Remove the stone. Spoon out the avocados and leave the shells intact. Place the avocados in a bowl and cut into small pieces. Add the prawns and mayonnaise, season and add the lemon zest. Mix well. Optional you may also season with pink peppercorns or paprika. Spoon the mixture into the avocado shells. Refrigerate until ready to serve.