Menu

Osso Buco

Serves 4
Prep Time 5 mins
Cooking 45 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 8 Biċċiet laħam osso buco
  • 200g Basal imqatta’ tal-Mayor
  • 200g Faqqiegħ tal-Mayor
  • 200g Cherry Tomatoes tal-Mayor
  • Ftit żejt taż-żebbuġa
  • Melh u Bzar
  • Ftit mixed spice
  • Qoxra ta laringa
  • Tazza nbid aħmar
  • Mgħarfa zokkor ismar
  • Tazza ilma
  • Zewġ mgħaref dqiq

 

Roxx ftit bżar u melħ fuq il-laħam. Saħħan ftit żejt ġo taġen imdaqqas u qalli l-laħam malajr fuq żewġ naħat sakemm jiġi kannella. Neħħi l-laħam mit-taġen. Qatta’ l-basal biċċiet żgħar u aqlih fl-istess taġen tal-laħam. Żid it-tadam imqatta’, iz-zokkor u l-mixed spice. Sajjar għal ftit minuti. Żid id-dqiq, il-faqqiegħ, l-inbid u l-ilma, ftit bżar u melħ, u qoxra ta’ larinġa maħkuka.Kompli għalli u sajjar fuq nar baxx. Poġġi t-taħlita ġo casserole, żid il-laħam u kompli sajjar fil-forn b’temperatura baxxa ghal madwar 25 minuta. Servi ma’ ftit patata maxx u ftit ħaxix.

Ricetta ta' Anton B Dougall

Comments are closed.