Menu

Insalata taċ-Ċfuf bit-Tonn taż-Żejt

Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 400 Għaġin forma ta’ ċfuf
  • 2 Bottijiet kbar tonn taż-żejt
  • 50g Zebbug iswed
  • Ħabaq frisk
  • 150g Mayor Mayonnaise
  • 50g Blalen tal-mozzarella friski
  • Weraq tal-ħass
  • 3 Mgħaref yogurt naturali tal-Ħanini

Għalli l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Aħsel u qattar tajjeb il-ħass. Qattgħu f'biċċiet u żidu mal-għaġin. Saffi t-tonn taż-żejt u żidu mal-għaġin flimkien maż-żebbuġ, il-bżar u l-melħ. Ħawwad tajjeb. F'reċipjent ieħor, ħallat il-mayonnaise ma' ftit yogurt flimkien mal-ħabaq. Ħawwad sakemm l-ingredjenti kollha jitħalltu flimkien. Ferrex din it-taħlita fuq l-għaġin. Żejjen il-wiċċ tal-insalata bil-blalen tal-mozzarella.

    Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.