Balbuljata bil-Qarabagħli
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 10 mins
Level low
Ingredjenti
- 1 Mgħarfa żejt
- 3 Mgħaref basal imqatta' tal-Mayor
- 1 Mgharfa sauce tat-tewm tal-pinto's Pride
- 2 Karrotti, maħkukin
- 1 Karrotta, imqattgħa f'dadi żgħar
- 1 Tazza piżelli tal-Mayor
- 1 Mgħarfa stokk tat-tiġieġ tal-Pinto's Pride
- Bżar u melħ
- 400g Kapuljat tal-majjal
- 4 Qarabagħli, maħkukin
- 1 Qarabagħli, imqattgħa f'dadi żgħar
- 3 Mgħaref kunserva tat-Three Hills
- 1 Kuċċarina zokkor
- 1/2 Tazza ilma
- 4 Bajdiet
- 1 Tazza ġibniet bojod u nexfin tal-Ħanini, maħkukin
Saħħan iż-żejt f'taġen fuq nar medju u sajjar il-basal għal madwar 2 minuti. Żid il-karrotti u t-tewm u kompli aqli waqt li tħawwad minn ħin għal ieħor. Żid il-piżelli, l-istokk tat-tiġieġ, u l-bżar u l-melħ. Kompli aqli għal minuta oħra u żid issa l-ikkapuljat u sajjar sakemm ikun imsajjar tajjeb. Żid issa l-qarabagħli u kompli aqli sakemm isir iżda tħallihx jirtab iżżejjed. Mat-taħlita ħallat il-kunserva, iz-zokkor u l-ilma u kompli aqli għal 2 minuti. Ħabbat il-bajd fi skutella u żidu mal-ingredjenti l-oħra fit-taġen sakemm jitħallat kollox f'daqqa. Żid il-ġobon maħkuk u servi.
Ricetta ta' Tonia Grima