Menu

Kalzone bil-Faqqiegħ u l-Ġobon

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking 20 mins
Level low

Ingredjenti

  • 220g taħlita tal-għaġina tal-pizza
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 250g bott mushrooms tal-Mayor
  • 1 sinna tewm kbira, mitħuna
  • Ftit chili flakes
  • 1 kuċċarina weraq tal-klin, imqatta' fin
  • 1 mgħarfa krema
  • 100g ġobon tal-mogħża tal-Ħanini
  • Insalata, biex isservi
Agħmel l-għaġina tal-pizza skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Sadanittant ipprepara l-mili. Saħħan kuċċarina żejt f'taġen kbir u aqli l-faqqiegħ sakemm jieħu l-kulur għal madwar 8 minuti. Żid it-tewm, iċ-chili u l-klin u sajjar għal minuta oħra. Itfa' l-krema u mgħarfa ilma u neħħi t-taġen minn fuq in-nar. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 220C jew 200C bil- fann/gass numru 7. Iftaħ l-għaġina b'dijametru ta' 30 ċm. Ferrex it-taħlita tal-faqqiegħ fuq nofs l-għaġina u ħalli 2 ċm mit-tarf vojt. Ferrex il-ġobon. Agħlaq l-għaġina u agħfas it-trufijiet. Dellek bil-kumplament taż-żejt u itfagħha f'dixx tal-forn u sajjar għal 15-20 minuta sakemm togħla u tieħu l-kulur. Aqtagħha min-nofs u servi ma' ftit insalata.

Comments are closed.