Menu

Burgers tal-Laħam

Serves 4
Prep Time 17 mins
Cooking 13 mins
Level low

Ingredjenti

  • 100g basal imqatta' tal-Mayor
  • 500g kapuljat tal-laħam
  • 1 bajda
  • 1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 4 panini
  • Ingredjenti li tista' tuża biex isservi: tadam imqatta', pitravi, horseradish sauce, mayonnaise tal-Mayor, ketchup tal-Mayor, burger sauce tal-Mayor, ħassa u insalata.
Itfa' l-ikkapuljat tal-laħam fi skutella flimkien mal-basal u l-bajda u ħawwad tajjeb. Aqsam it-taħlita f'erbgħa. Xarrab ftit idejk u bil-mod fforma t-taħlita f'erba' blalen, f'daqs ta' blalen tat-tennis. B'idejk agħfashom 'l isfel sabiex tiċċattjahom għal madwar 3ċm ħxuna. Ara li l-ħxuna tal-burgers hija ta' kollha l-istess sabiex isiru lkoll indaqs. Agħmilhom fi platt, għattihom u ħallihom fil-friġġ għal madwar nofs siegħa. Saħħan il-barbecue fuq nar medju (għal madwar 40 minuta). Idlek bi ftit żejt naħa minnhom tal-burgers u itfagħhom bin-naħa taż-żejt 'l isfel fuq il-barbecue. Sajjar għal 5 minuti sakemm il-laħam jibda jieħu ftit kulur. Iċċaqlaqhomx għaliex jistgħu jeħlu. Itfa' ftit żejt in-naħa l-oħra u dawwarhom. Tagħfasx 'l isfel fuq il-laħam għaliex joħroġ il-meraq kollu. Sajjar għal 5 minuti oħra jekk tiggosta l-laħam imsajjar medju. Jekk tippreferi l-laħam roża fin-nofs, sajjar minuta inqas fuq kull naħa. Jekk trid il-laħam imsajjar iżjed, sajjar għal minuta oħra. Neħħi l-burgers minn fuq il-barbecue u ħallihom joqogħdu ftit fuq platt. Aqsam erba' panini min-nofs. Poġġihom rashom 'l isfel fuq l-ixkaffa tal-barbecue u ħallihom għal minuta sakemm jieħdu ftit kulur. Itfa' burger ġo kull panina u żid l-ingredjenti li tiggosta.

Comments are closed.