Menu

Noodles bil-Coconut

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking 40 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 mgħarfa żejt
  • 2 Mgħaref coconut imfarrak (ġewż tal-Indi)
  • 50g Zalzett tal-Malti, imqatta' roti roti
  • 1 Sinna tewm, mgħaffġa
  • 1 Kuċċarina żagħfran tal-Indja (turmeric)
  • 1 Kuċċarina bżar
  • 2 Mgħaref sauce tal-ħut
  • 1 Kuċċarina żejt tal-ġunġlien (sesame)
  • 1 Mgħarfa melħ
  • 2 Weraq tar-rand
  • 1 x 400ml Pinto’s Pride Coconut Milk
  • 1 Mgħarfa kunserva ħelwa
  • 100g Noodles tar-ross
  • 250g Sider tat-tiġieġ, maqtugħin f'dadi
  • Ponn kosbor
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200°C/180°C fuq il-fann jew gass numru 6. Prepara dixx fond tal-forn bl-għatu. Jekk m'għandekx għatu, uża ftit foil. Saħħan iż-żejt fih fuq nar baxx u aqli l-coconut l-imfarrak għal 3-4 minuti jew sakemm jieħu ftit kulur (ibqa' miegħu għaliex faċli jinħaraq). Żid iz-zalzett, it-tewm, iż-żagħfran tal-Indja (turmeric), il-bżar, is-sauce tal-ħut, iż-żejt tal-ġunġlien, il-melħ, il-weraq tar-rand, il-ħalib tal-coconut u l-kunserva mielħa. Żid in-nar u ħawwad kollox flimkien. Aqsam in-noodles min-nofs b'idejk u ferrex fit-taħlita tal-coconut. Żid it-tiġieġ u għaddsu fit-taħlita flimkien man-noodles. Għatti bl-għatu u sajjar fil-forn għal madwar 30-35 minuta, jew sakemm it-tiġieġ u n-noodles ikunu saru sew. Qassam fi platti fondi u servi bil-weraq tal-kosbor u jekk tiggosta ftit flieli tal-lumi. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.