Menu

Torta tal-Awrat

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 60 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 500g għaġina sfiljurata
  • 400g awrat kbir, imnaddaf u ffilitjat
  • 4 Sinniet tewm, imqattgħin
  • 1 bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 2 qarabagħli, kbir u mqatta'
  • ½ bott tadam żenguli tal-Mayor
  • 4 sardin, imqatta'
  • 100g żebbuġ tal-Mayor, imqatta'
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 1 bott ta' 300g piżelli tal-Mayor, imsaffin
  • ½ kuċċarina ħwawar nexfin imħalltin
  • 1 bajda, imħabbta
  • Żerriegħa tal-ġunġlien
Metodu: Itfa' ż-żejt f'taġen u aqli l-awrat sakemm isir sew. Ħallih jiksaħ, naddafhom mix-xewk u qattagħhom f'biċċiet żgħar. Fl-istess taġen, sajjar it-tewm, il-basal, il-qarabagħli, iż-żebbuġ, il-ħwawar u t-tadam. Kif isiru, żid il-piżelli u s-sardin u ħallathom mal-awrat. Ħawwad tajjeb. Iftaħ nofs l-għaġina u poġġiha f'dixx tal-forn. Idlikha b'bajda mħabbta. Żid it-taħlita tal-awrat u għattiha bin-nofs l-ieħor tal-għaġina. Idlek bil-bajd u ferrex ftit żerriegħa tal-ġunġlien. Aħmi f'temperatura ta' 200° għal madwar 40 minuta sakemm tieħu l-kulur. Riċetta ta' Mill-Kcina ta’ Pawlina

Comments are closed.