Menu

Chilli Veġetarjan

Serves 8
Prep Time 25 mins
Cooking 55 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 2 mgħaref żejt
  • 2 karrotti, imqattgħin fini
  • 2 zkuk tal-karfus, imqattgħin fini
  • 1 bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 2 kuċċarini ħwawar imħalltin u nexfin
  • 2 sinniet tewm, mitħunin
  • 1 bżaru aħmar, imqatta'
  • 1 bżaru aħdar, imqatta'
  • 2-3 kuċċarini trab taċ-chilli (jiddependi kemm tħobbu jaħraq)
  • 2 kuċċarini paprika
  • 2 mgħaref kunserva tat-Three Hills
  • 2 bottijiet fażola ħamra tal-Mayor, mingħajr ilma
  • 400g bott fażola sewda, mingħajr ilma
  • 2 x 400g bottijiet Polpa Fina tal-Mayor
  • 500ml stokk tal-ħaxix tal-Pinto's Pride
  • Ross imsajjar, ġobon cheddar maħkuk u krema qarsa, biex isservi

Saħħan iż-żejt f'taġen kbir fuq nar baxx-medju u aqli l-karrotti, il-karfus, il-basal u l-ħwawar għal 10-12 minuti, billi tħawwad kontinwament sakemm il-ħaxix jirtab. Itfa' t-tewm u l-bżari tal-kulur u sajjar għal 5 minuti oħra sakemm jibdew jirtabu. Żid iċ-chili u l-paprika, għolli n-nar, ħawwad u sajjar għal minuta. Itfa' l-kunserva u sajjar għal minuta oħra. Itfa' l-fażola kollha, il-polpa u l-istokk tal-ħaxix. Ħawwad tajjeb, ħallih jagħli, baxxi n-nar u ħallih itektek. Sajjar għal 25-35 minuta sakemm il-fażola tirtab u z-zalza tgħaqqad ftit. Servi mar-ross, ġobon cheddar maħkuk u jekk tiggosta krema qarsa.

Comments are closed.