Menu

Torta tal -Pastizzi

Serves 4
Prep Time 60 mins
Cooking 75 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 600g Irkotta tal-Hanini
  • 50g Ġobon Pekorin maħkuk
  • 50g Ġobon Grana maħkuk
  • 50g Gibnaroll tal-Ħanini
  • 100g Ful
  • 50g Żbib iswed (jekk trid)
  • ½ Kuċċarina bżar
  • 10g Tursin imqatta'
  • 4 Bajdiet
  • 400g Għaġina sfiljurata
  • 6 Pastizzi kbar friżati (tal-irkotta)
  • 1 Mgħarfa ħalib
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 180°C. F'kontenitur ħallat l-irkotta, il-ġibna maħkuka, il-pekorin, il-grana, il-ful, iż-żbib, il-bżar, it-tursin u tliet bajdiet flimkien. Warrabhom ftit fil-ġenb. Iftaħ madwar 400g għaġina u poġġiha f'dixx tat-torti ta' 30ċm. Aqta' ż-żejjed mit-tarf. Ħabbat bajda u idlek l-għaġina. Ifrex it-taħlita tal-irkotta u agħlaqha mit-truf. Poġġi 6 pastizzi kbar friżati u 6 oħra żgħar fil-wiċċ tat-taħlita. Importanti li tgħatti ħafna mill-wiċċ. Żid mgħarfa ħalib mal-bajda mħabbta li baqa' u ħawwad tajjeb. Idlek il-wiċċ tal-pastizzi u sajjar sakemm jieħdu l-kulur. Din għandha tieħu bejn siegħa u siegħa u kwart.   Riċetta oriġinali tal-Kok Jon Camilleri

Comments are closed.