Menu

Insalata tal-Għaġin Ikkulurita

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 12 mins
Level low

Ingredjenti

  • 350g għaġin
  • 200g fażola ħadra, bit-trufijiet maqtugħin, maqtugħin biċċiet żgħar
  • 160g bott tonn taż-żejt, mingħajr iż-żejt
  • 4 mgħaref mayonnaise tal-Mayor
  • 4 mgħaref yogurt naturali tal-Ħanini
  • Kurrat imqatta' (jekk trid)
  • 200g tadam ċirasa (cherry tomatoes), maqsum f'erbgħa
  • 1 bżaru oranġjo, maqsum f'biċċiet żgħar
  • 195g bott qamħirrun tal-Mayor, mingħajr ilma
Metodu
Sajjar l-għaġin sakemm ikun għadu ftit nej (2 minuti inqas mill-istruzzjonijiet tal-pakkett) u saffih. Sajjar il-fażola l-ħadra fl-ilma għal 2 minuti, aħsilha fl-ilma kiesaħ u saffiha tajjeb. Ħallat it-tonn taż-żejt mal-mayonnaise u mal-yogurt.Jekk se tuża l-kurrat, żidu issa. Itfa' l-għaġin fi skutella kbira jew inkella f'erbgħa żgħar, jew f'erba' vażetti wisgħin (tajbin għall-pikniks). Itfa' t-taħlita tat-tonn taż-żejt fuq l-għaġin. Żid saff fażola ħadra u saff bit-tadam. Issa żid saff bżaru oranġjo u saff qamħirrun.Għattihom u poġġihom fil-friġġ sakemm jittieklu.

Comments are closed.