Menu

Celebrity Maltese Chefs and Recipe Enthusiasts

Gingerbread Cookies

Preheat the oven to 190C/Gas 5. Line a large baking sheet with parchment paper. Sift the flour into a large bowl. Add the bicarbonate of soda, cocoa powder and ginger and mix well together. Add the margarine and work it well into the flour mixture until you achieve bread crumb consistency. Add the brown sugar and mix well.

Żid il-bajda u l-golden syrup u agħġen sakemm it-taħlita tiġi għaġina. Geżwer l-għaġina fl-istretch and seal u ħalliha toqgħod għal ftit tal-ħin. Tista’ tlesti l-għaġina minn ġurnata qabel u tħalliha fil-friġġ. Ferrex ftit dqiq fuq mejda u iftaħ l-għaġina. Il-ħxuna tal-għaġina trid tkun ta’ 3mm. Aqta’ forom żgħar qisek qed tagħmel figolli f’forma ta’ persuni, imma iżgħar. Qiegħed il-forom fuq il-pjanċa tal-forn. Sajjar fil-forn għal madwar 15-20 minuta. Oħroġ il-forom mill-forn meta jkunu għadhom ftit rotob. Ħalli jiksħu sew qabel tneħħihom minn fuq il-pjanċa. Jekk trid tista’ żżejjen dawn il-forom billi tagħmel biċċa għaġina rqiqa ħafna fil-post ta’ fejn suppost ikun hemm l-għajnejn u l-ħalq.

Ghadam ta' Novembru

Prepare the pastry by rubbing in the butter and the flour with your finger tips. When the mixture looks like fine breadcrumbs add the lemon zest, the vanilla, sugar and finally the water. Bring the pastry together, wrap in ‘stretch and

seal’ and place in the fridge for 30 minutes.

Mix all the ingredients together and bind until the mixture looks like dough. To make the ‘bones’ roll out the pastry with a rolling pin. It needs to be quit thick. Brush the top of the pastry with egg white. Place some filling on top of the pastry and then seal and shape into a long ‘sausage’ Cut into portions of 100 g each and shape each piece into the shape of a bone. Place on a baking tray covered with baking paper. Bake in a preheated oven at 200C for 20 minutes. Cover with icing if desired or leave as they are for a healthier option.

Kannoli tal-Irkotta

Metodu Għarbel id-dqiq ġo skutella kbira u żid il-marġerina miegħu. Ħaddimhom flimkien sakemm it-taħlita tiġi qisha frak tal-ħobż. Żid l-inbid aħmar f’ammonti żgħar u kompli ħaddem sakemm tifforma għaġina. Neħħi l-għaġina mill-iskutella u kompli għaġinha sakemm tirtab. Għattiha bl-istretch and seal u ħalliha toqgħod. Roxx ftit dqiq fuq il-mejda u iftaħ l-għaġina rqiqa kemm tista’. Aqta’ forom tondi u dawwarhom mal-forom tal-kannoli. Xarrab ix-xfar bl-ilma u ħallihom joqogħdu għal ftit ħin. Sadanittant, saħħan iż-żejt ġo kazzola fonda. B’attenzjoni kbira, aqli l-kannoli fiż-żejt jagħli. Meta jieħdu kulur dehbi, bil-mod neħħi l-kannoli miż-żejt u ħallihom joqtru fuq numru ta’ srievet tal-karta. Ġo mixer ħabbat l-irkotta u l-icing sugar sakemm it-taħlita tiġi konsistenza morbida. Żid iċ-cikkulata. Meta l-kannoli jiksħu sew, imliehom bit-taħlita tal-irkotta, l-aħħar ħaġa qabel isservihom. Żejjen biċ-ċirasa u lewż u ftit iktar ċikkulata. Riċetta ta’ Anton B. Dougall

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Deżerta bil-Yogurt u Jelly

Poġġi l-kristalli tal-jelly fi skutella kbira u żid ftit ilma jagħli. Ħawwad sakemm il-kristalli jinħallu imbagħad żid il-yogurt ftit ftit u kompli ħawwad. Żid il-qoxra tal-lumi maħkuk u nofs il-kwantità tal-frott frisk. Ħallat imbagħad ferra ġo measuring jug u żid biżżejjed ilma jekk meħtieġ biex iġġib il-likwidu skont il-pakkett tal-ġelatina. Ħawwad u ferra ġo tazzi. Poġġi fil-friġġ għal ftit sigħat sakemm il-kontenut jsir konsistenza tal-jelly. Żejjen bil-kumplament tal-frott u ftit weraq frisk tan-nagħniegħ biex sservi.

Torta Ħelwa tal-Berbuq

Saħħan il-forn 1800C, gass numru 4. Idlek dixx tat-torti bi ftit maġerina jew iksih b’ biċċa kartaforno. Poġġi l-marġerina u z-zokkor fl-iskutella ta’ mixer. Tista’ tuża skutella normali u hand beater tal-elettriku. Ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita ssir kremuża u z-zokkor ma jibqax jinħass. Żid il-bajd ftit, ftit. Żid il-lewż mitħun, il-qoxra ta’ lumija, id-dqiq u l-lewż imfarrak. Ħawwad kollox tajjeb flimkien. Neħħi t-taħlita mill-mixer. Żid il-konfettura. Ħawwad b’mgħarfa tal-injam. Aqsam l-għaġina f’żewg biċċiet. Ifrex nofs l-għagina u iksi d-dixx. Idlek il-qiegħ bil-ġamm u ferrex it-taħlita tal-lewż fuq il-ġamm. Illixxa sew il-wiċċ u roxx ftit lewż fuqu. Ifrex in-nofs tal-għaġina li fadal u għalaq sew. Tista’ żżejjen f’formom b’ għagina li jkollok żejda. Sajjar fil-forn għal madwar 45-55 minuta. Meta t-torta tkun lesta u kesħet sew, oħroġha mill-forma.

Krustini bil-Lewz

Metodu Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4. Għarbel id-dqiq flimkien mal-baking powder. Żid il-lewż sħiħ, l-essenza tal-vanilja u l-qoxra ta’ lumija u ħawwad tajjeb. Ħabbat tajjeb l-isfra ta’ 2 bajdiet u t-3 bajdiet sħaħ flimkien maz-zokkor ġo skutella kbira. Żid it-taħlita tad-dqiq u agħġen sakemm it-taħlita tiġi qisha għaġina. Neħħi mill-iskutella u aqsam l-għaġina fi bziezen twal wesgħin 5cm u għoljin 1cm. Iksi dixx tal-forn b’karta tal-forn u qiegħed il-bziezen fuqu. Sajjar fil-forn għal madwar 10-15-il minuta. Oħroġ mill-forn u idlek il-wiċċ bl-isfar tal-bajda. Qatta’ l-bziezen mit-tul, f’forom ta’ krustini. Erġa’ daħħal fil-forn għal xi 10 minuti oħra. Recipe by Anton B. Dougall

Strawberry Yogurt Tarts

Prepare the pasty in muffin tray. Bake blind for 30 minutes and cool. Whip the whipping cream and mix with Ħanini Strawberry Yogurt. Add the dissolved gelatin to the yogurt mixture and mix well. Fill the tartlets. Refrigerate until set and decorate with roughly cut fresh strawberries. Decorate with fresh mint.

Crepe topped with Juicy Wild Berry ...

Place all crepe ingredients in a blender. Blend on high speed for a few seconds until completely smooth. Transfer batter to a measuring jug and chill in refrigerator at least 30 minutes (batter may be stored in fridge up to 1 day). While the crepe batter chills, prepare the berry sauce.