Menu

Krustini bil-Lewz

Serves 10
Prep Time 25 mins
Cooking 25 mins
Level low

Ingredjenti

  • 400g dqiq
  • 250g Zokkor
  • 200g lewż
  • 3 isfar tal-bajd
  • 3 Bajdiet sħaħ
  • 12g baking powder
  • Qoxra ta’ lumija maħkuka
  • Essenza tal-vanilja

Metodu Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4. Għarbel id-dqiq flimkien mal-baking powder. Żid il-lewż sħiħ, l-essenza tal-vanilja u l-qoxra ta’ lumija u ħawwad tajjeb. Ħabbat tajjeb l-isfra ta’ 2 bajdiet u t-3 bajdiet sħaħ flimkien maz-zokkor ġo skutella kbira. Żid it-taħlita tad-dqiq u agħġen sakemm it-taħlita tiġi qisha għaġina. Neħħi mill-iskutella u aqsam l-għaġina fi bziezen twal wesgħin 5cm u għoljin 1cm. Iksi dixx tal-forn b’karta tal-forn u qiegħed il-bziezen fuqu. Sajjar fil-forn għal madwar 10-15-il minuta. Oħroġ mill-forn u idlek il-wiċċ bl-isfar tal-bajda. Qatta’ l-bziezen mit-tul, f’forom ta’ krustini. Erġa’ daħħal fil-forn għal xi 10 minuti oħra. Recipe by Anton B. Dougall

 Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.