Menu

Ghadam ta' Novembru

Serves N/A
Prep Time 45 mins
Cooking 20 mins
Level medium

Ingredjenti

  • Għal għaġina:
  • 625g dqiq,
  • 200g butir,
  • żewġ kuċċarini baking powder,
  • Qoxra maħkuka ta ' lumija
  • ftit qtar tal-vanilla,
  • 150g ilma,
  • 250g zokkor
  • Għal milli għandek bżonn:
  • 200g intrita pura
  • 200g Sugar
  • Qoxra maħkuka ta ' lumija
  • ftit qtar tal-vanilla,
  • 1 – 2 abjad tal-bajd, skont kemm ikunu kbar
L-ghagina

Agħmel l-għaġina billi tħallat id-dqiq u l-butir bir-“rubbing in method”, żid il-qoxra tal-lummija, il-vanilla z-zokkor u fl-aħħar l-ilma. Għaqqad l-għaġina u ħallieha tistrieħ fil-fridge għal nofs siegħa.

Il-Milli:Ħallat kollox flimkien, il-konsistenza trid tiġi bħall-għaġina. Metodu: Iftaħ l-għaġina bil-lembuba u ħalliha ħoxna u kemm jista’ jkun kwadra. Idlek il-wiċċ tal-għaġina b’bajda imħabta (egg wash), bil-pinzel. Qaqbad ftit milli u poġġieh fuq l-għaġina rrumblah qiesu zalzetta twila. poġġi fuq il-wiċċ tal-għaġina. Agħlaq il-ġnub tal-għaġina u qattagħha porzjonijiet ta’ 100’g kul biċċa. Agħmel forma ta’ sebgħa ħalli tiġi qiesa għadam. Poġġi fuq il-karta tal-forn u aħmi f’temperatura ta’ 200 grad celsuis u aħmihom għal 20 minuta. Agħmel l-icing billi tpoġġi 800g naspru u żewġ grokkijiet ilma u sajjarhom fuq in-nar. Għaddas l-għadam fin-naspru maħlul biex tiksiehom u żejjinhom bil-biċċiet tal-lewz.

Ricetta ta' Lea Hogg

Comments are closed.