Menu

Kannoli tal-Irkotta

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 175g Dqiq plain 00
  • 25g Marġerina
  • 100ml Inbid aħmar
  • Ilma
  • 500g Hanini Irkotta
  • 100g Ċirasa
  • 75g Chocolate chips
  • 75g Icing sugar
  • 100g Lewż inkaljat, maħkuk
  • Żejt għall-qali
Metodu Għarbel id-dqiq ġo skutella kbira u żid il-marġerina miegħu. Ħaddimhom flimkien sakemm it-taħlita tiġi qisha frak tal-ħobż. Żid l-inbid aħmar f’ammonti żgħar u kompli ħaddem sakemm tifforma għaġina. Neħħi l-għaġina mill-iskutella u kompli għaġinha sakemm tirtab. Għattiha bl-istretch and seal u ħalliha toqgħod. Roxx ftit dqiq fuq il-mejda u iftaħ l-għaġina rqiqa kemm tista’. Aqta’ forom tondi u dawwarhom mal-forom tal-kannoli. Xarrab ix-xfar bl-ilma u ħallihom joqogħdu għal ftit ħin. Sadanittant, saħħan iż-żejt ġo kazzola fonda. B’attenzjoni kbira, aqli l-kannoli fiż-żejt jagħli. Meta jieħdu kulur dehbi, bil-mod neħħi l-kannoli miż-żejt u ħallihom joqtru fuq numru ta’ srievet tal-karta. Ġo mixer ħabbat l-irkotta u l-icing sugar sakemm it-taħlita tiġi konsistenza morbida. Żid iċ-cikkulata. Meta l-kannoli jiksħu sew, imliehom bit-taħlita tal-irkotta, l-aħħar ħaġa qabel isservihom. Żejjen biċ-ċirasa u lewż u ftit iktar ċikkulata. Riċetta ta’ Anton B. Dougall Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.