Menu

Torta Ħelwa tal-Berbuq

Serves 8
Prep Time 25 mins
Cooking 55 mins
Level low

Ingredjenti

  • 600g għaġina ħelwa
  • 150g lewż mitħun (intrita)
  • 150g marġerina
  • 150g Bajd
  • 100g Zokkor
  • 50g lewż imfarrak f’biċċiet kbar
  • 15g dqiq
  • Ġamm tal-berquq
  • Qoxra ta’ lumija maħkuka
  • 100g konfettura

Metodu

Saħħan il-forn 1800C, gass numru 4. Idlek dixx tat-torti bi ftit maġerina jew iksih b’ biċċa kartaforno. Poġġi l-marġerina u z-zokkor fl-iskutella ta’ mixer. Tista’ tuża skutella normali u hand beater tal-elettriku. Ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita ssir kremuża u z-zokkor ma jibqax jinħass. Żid il-bajd ftit, ftit. Żid il-lewż mitħun, il-qoxra ta’ lumija, id-dqiq u l-lewż imfarrak. Ħawwad kollox tajjeb flimkien. Neħħi t-taħlita mill-mixer. Żid il-konfettura. Ħawwad b’mgħarfa tal-injam. Aqsam l-għaġina f’żewg biċċiet. Ifrex nofs l-għagina u iksi d-dixx. Idlek il-qiegħ bil-ġamm u ferrex it-taħlita tal-lewż fuq il-ġamm. Illixxa sew il-wiċċ u roxx ftit lewż fuqu. Ifrex in-nofs tal-għaġina li fadal u għalaq sew. Tista’ żżejjen f’formom b’ għagina li jkollok żejda. Sajjar fil-forn għal madwar 45-55 minuta. Meta t-torta tkun lesta u kesħet sew, oħroġha mill-forma.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

 

Comments are closed.