Menu

Mince Pies fl-Air-Fryer

Serves 10
Prep Time 30 mins
Cooking 25 mins
Level low

Ingredjenti

  • 500g għaġina tat-torti
  • dqiq
  • 350g mince meat
  • 1 bajda
  • icing sugar, għall-wiċċ
Ferrex ftit dqiq fuq il-bank u iftaħ l-għaġina sakemm ikollok ħxuna ta' nofs ċentimetru. Uża cutter tonda ta' 8-10ċm sabiex taqta' kemm tista' forom tondi. Erġa' għaqqad flimkien il-biċċiet tal-għaġina li jibqa', iftaħ l-għaġina u erġa' aqta' kemm tista' forom. Fuq nofs l-ammont tal-forom it-tondi tal-għaġina, poġġi mgħarfa mince meat fin-nofs taċ-ċirku. Aqta' forom tal-istilel mill-kumplament tal-forom it-tondi. Ħabbat bajda u idlek it-truf ta' kull għaġina bil-mince meat fuqha. Poġġi l-għaġina fuqhom, uħud tondi sħaħ u oħrajn billi tuża nofs il-forom tal-istilel. Idlek il-mince pies bi ftit bajd u waħħal il-kumplament tal-forom tal-istilel fuq il-mince pies li huma mgħottijin bl-għaġina t-tonda. Idlek il-forom tal-istilel bil-bajd ukoll u taqqab toqba żgħira fil-wiċċ. B'furketta, agħlaq it-truf tal-mince pies. Poġġi l-mince pies fuq platt u ħallihom jiksħu għal madwar nofs siegħa. Jistgħu jinżammu fil-friża sa xahrejn. Saħħan l-air fryer f'temperatura ta' 180C. Poġġi karta strazza fil-qiegħ nett u poġġi l-ammont ta' mince pies li tixtieq issajjar f'daqqa. Aħmi għal 8-10 minuti, dawwar il-mince pies u kompli aħmi għal 2-3 minuti, jew 13-15-il minuta jekk friżati. Iridu jkunu ħadu l-kulur u jaħarqu. Ħallihom jiksħu għal 5 minuti, u ferrex ftit icing sugar fil-wiċċ u servi. Jibqgħu tajbin f'kontenitur għal jumejn. Will keep in an airtight tin for up to two days.  

Comments are closed.