Menu

L-Għaġina għall-Focaccia

Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 500g plain flour
  • 150ml Halib fietel
  • 150ml Hmira trab
  • Kuċċarina melħ
  • kuċċarina zokkor
Għarbel id-dqiq ġo skutella kbira, żid il-melħ, iz-zokkor u l-ħmira miegħu u ħallat kollox tajjeb flimkien. Żid il-ħalib mat-taħlita. Qis li jkun tassew fietel jekk trid li jkollok riżultat tajjeb. Agħġen sew sakemm l-għaġina tiġi lixxa u agħmilha f’forma ta’ ballun. Poġġiha fl iskutella, għattiha b’ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun għal madwar sagħtejn jew sakemm tara li għoliet id-doppju fid-daqs. Ferrex ftit dqiq fuq il-mejda fejn tkun se taħdem l-għaġina. Ħaddem b’idejk, poġġi l-għaġina lura fl-iskutella, erġa’ għattiha b’ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun sakemm terġa’ togħla. Din id-darba, l-għaġina tieħu wisq anqas ħin biex terġa’ togħla. Għalhekk ma jkollhiex ħafna togħma ta’ ħmira. Jekk se tiffriża l-għaġina, poġġiha ġo borża tal-plastik, issikkaha ’l isfel u ffriżaha għal mhux aktar minn tliet xhur. B’ 500g dqiq ikollok 800g għaġina tal-focaccia. Qabel issajjar, żid l-ingredjenti li tippreferi għal fuq. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.