Menu

Panini ghal Parties

Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low

Tiġieġ: Laħam tat-tiġieġ misjur u mqatta f’biċċiet żgħar ħafna. Żid ftit mayonnaise u ġobon artab flimkien ma’ bżar, melħ, tursin imqatta rqiq. Ħawwad tajjeb.

 Tonn taż-żejt: Qattar tajjeb miż-żejt żewġ laned tonn taż-żejt. Qegħdu ġo food processor flimkien ma’ basla, tewma, u biċċa bżaru aħdar.

 Żebbuġ u Ġobon Feta: 6 mgħaref kunserva, żebbuġ iswed, kappar u ftit ġobon Feta. Ħawwad tajjeb u idħan kollox bil-blender. Żid ftit żejt taż-żebbuġa. Jekk tista uża żejt extra virgin.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.