Menu

Soppa tal-Armla

Serves 4
Prep Time 12 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 250g Hanini Irkotta
  • Bott Pelati Mayor
  • Bott 140g Pizelli Mayor
  • 125g Pastard
  • Bott basal tal-Mayor fiż-żejt taż-żebbuġa
  • 100g Patata
  • 50g Kunserva Three Hills
  • 4 Bajdiet
  • Melh u Bzar
Aħsel il-ħaxix kollu sew u qattgħu f'biċċiet żgħar. Poġġi f' kontenituri differenti. F' borma, battal bott basal tal-Mayor u sajjar għal madwar 3 minuti. Żid il-pastard, il-Kunserva u l-pelati tal-Mayor u sajjar għal ftit minuti ohra. Żid il-patata, melħ u bżar u ilma sakemm l-ingredjenti tal-borma kollha ikunu mgħottija b' l-ilma. Malli jibda jgħali l-ilma, ħalli jtekktek ghal madwar 25 minuta oħra. Xħin il-ħaxix ikun irtab, żid il-piżelli u itfa' bajda għal kull persuna u itfa' l-biċċiet tal-Irkotta. Servi sħun. Riċetta ta' Anton B. Dougal.

Comments are closed.