Menu

Spagetti bit-Tadam u l-Brunġiel

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 450g Spagetti
  • 400g Polpa tal-Mayor
  • Brunġiela mdaqqsa
  • 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 2 mgħaref tursin frisk imqatta żgħir
  • Ftit bżar aħmar
  • Bżar mitħun frisk u melħ
  • 100g Ġobon Pekorin tal-Hanini mahkuk
Aħsel, qatta u qalli l-brunġiela. Neħħi l-brunġiela miż-żejt tal-qali u ħalliha fuq sarvetta tal-karta, biex jinxtorob iż-żejt. Ħu kazzola ta’ daqs moderat u fiha qalli t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa. Trid tħawwad biex it-tewm ma jieħux ħafna kulur skur. Żid it-tadam, tursin, melħ u jekk trid il-bżar aħmar. Kompli sajjar fuq nar moderat għal madwar 25 minuta. Meta z-zalza tkun lesta, żid magħha l-brunġiel moqli u kompli sajjar għal xi 3 minuti oħra. Ħu borma kbira u imliha bl-ilma. Meta jiftaħ jagħli żid il-melħ u għalli l-għaġin. Meta l-għaġin ikun sar qattru tajjeb u qegħdu f’skutella kbira. Ikun aħjar jekk tkun tista ssaħħan il-skutella qabel ma tpoġġi l-għaġin fiha. Żid iz-zalza u ħawwad tajjeb biex l-għaġin kollu jinkesa biz-zalza. Roxx ftit bżar midħun frisk u ħafna ġobon maħkuk. Servi mill-ewwel. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.