Għads bil-Kari u ċ-Ċiċri
Serves 3
Prep Time 75 mins
Cooking 25 mins
Level low
Ingredjenti
- 1 Basla, imqattgħa
- 3 Sinniet tewm, imqattgħin
- Daqs ta' pulzier ġinġer frisk, imqaxxar u maħkuk
- 1 Felfel aħdar, imqatta' fin
- 2 Mgħaref żejt
- 2 Mgħaref trab tal-kari
- 1 Kuċċarina garam masala
- 1 Kuċċarina kemmun
- · ½ Kuċċarina turmeric
- ¼ Kuċċarina kosbor
- 2 Zkuk tal-kannella
- 1/2 Kuċċarina melħ
- 3 Mgħaref għads aħdar jew kannella, imxarrab fl-ilma għal siegħa
- 200g Polpa tal-Mayor
- 1 Bott ħalib tal-coconut tal-Pinto’s Pride
- 1 Bott ċiċri tal-Mayor, maħsul u msaffi mill-ilma
- 2 Mgħaref kosbor imqatta'
- For serving wedges of limes
- 100g Ross basmati, imsajjar
Saħħan iż-żejt u aqli l-basla, it-tewm, il-felfel u l-ġinġer għal 2-3 minuti. Żid il-ħwawar u sajjar għal minuta. Itfa' l-għads, il-ħalib, il-polpa, il-melħ u nofs tazza ilma. Ħallih sakemm jagħli u ħallih itektek għal 20 minuta sabiex isir l-għads. Kif ikun lest, ara jekk hemmx bżonn iżżid ftit ilma u żid iċ-ċiċri. Qabel isservi, ħawwad il-kosbor frisk mat-taħlita u servih mar-ross u l-flieli tal-lumi.
Ricetta ta’ Aceline Media