Menu

Ħobż tal-Banana Vegan

Serves 8
Prep Time 10 mins
Cooking 40 mins
Level low

Ingredjenti

  • 3 bananiet kbar, misjurin
  • 75ml żejt, u ftit żejda għad-dixx
  • 100g zokkor ismar
  • 225g dqiq plain (jew uża dqiq self-raising flour u naqqas it-trab tal-ħami għal 2 kuċċarini)
  • 3 kuċċarini trab tal-ħami (baking powder)
  • 3 kuċċarini kannella jew mixed spice
  • 50g frott niexef jew ġewż (jekk trid)
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200C jew 180C bil-fann/gass numru 6. Għaffeġ il-banana b'furketta u żid iż-żejt u z-zokkor u ħawwad flimkien. Żid id-dqiq, it-trab tal-ħami u l-kannella jew il-mixed spice u erġa' ħawwad. Jekk se tuża l-frott niexef jew il-ġewż, żidu issa. Idlek dixx tal-kexxun bi ftit żejt u itfa' t-taħlita. Aħmi għal 20 minuta. Iċċekkjah u għattih bil-fojl tal-aluminju jekk ikun beda jieħu l-kulur. Kompli aħmi għal 20 minuta jew sakemm titfa' furketta fih u toħroġ nadifa. Ħallih jiksaħ qabel ma taqsmu. Tajjeb ħafna għall-ikel dak il-ħin kif ukoll il-ġurnata ta' wara.

Comments are closed.