Menu

Tropical Granola Lollies

Serves 8
Prep Time 10 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 2 mango, mingħajr għadma, imqaxxrin u mqattgħin biċċiet
  • 2 banana, misjurin, imqaxxrin u mqattgħin biċċiet
  • 8 mgħaref ħalib tal-coconut tal-Pinto’s Pride
  • 100g granola
  • 100g ċikkulata skura
Għaffeġ il-mango, il-banana u l-ħalib fi blender sakemm ikollok taħlita rikka u kremuża. Ferrex it-taħlita f'kontenituri apposta sabiex tifforma l-forom tal-lollipops u ħallihom joqogħdu lejl. Il-ġurnata ta' wara, kisser ftit il-granola ġo food processor sabiex tevita li jkollok biċċiet kbar (inkella tista' titfa' l-granola f'kontenitur u tgħaffiġhom b'lenbuba), u wara itfagħhom fi skutella. Dewweb iċ-ċikkulata banju marija. Neħħi l-lollipops tas-silġ minn ġol-forom. Bill il-parti ta' fuq fiċ-ċikkulata u wara fil-granola. Agħmel dan il-proċess għal kull lollipop. Poġġihom fuq gabarre' b'karta strazza sakemm joqogħdu - dan ma jiħux ħafna ħin. Kul immedjatament jew ffriżahom sakemm tiġi bżonnhom

Comments are closed.