Ross bit-Tadam u Chorizo
Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 10 mins
Level low
Ingredjenti
- 250g pakkett zalzett chorizo, maqtugħ min-nofs
- 1 basla, imqattgħa
- 2 sinniet tewm, imqattgħin
- 1 kuċċarina paprika ħelwa
- 250g ross basmati
- 500ml stokk tat-tiġieġ tal-Pinto’s Pride
- 2 bżar tal-kulur tal-bott, mixwi u mqatta'
- 1 bott tadam ċirasa tal-Mayor (cherry tomatoes)
- 85g żebbuġ aħdar tal-Mayor, mingħajr għadma
Saħħan taġen kbir fuq nar medju. Itfa' n-nofsijiet taz-zalzett u sajjar sakemm jibda ħiereġ iż-żejt u jibda jiħmar mit-truf. Itfa' l-basal u t-tewm fit-taġen u sajjar għal ftit minuti oħra. Żid ftit paprika u itfa' r-ross. Ħawwad tajjeb u żid l-istokk tat-tiġieġ u l-bżar tal-kulur. Ħawwad kollox flimkien, għatti t-taġen u sajjar għal 5 minuti. Żid it-tadam u ż-żebbuġ u sajjar għal 8-10 minuti oħra sakemm isir ir-ross u jinxtorob l-ilma.