Menu

Pixxispad biz-Zalza għal mal-ħut

Serves 4
Prep Time 20 mins
Cooking 40 mins
Level low

Ingredjenti

  • 4 Qatgħat pixxispad
  • 1 Jar Mayor Tomato with kunserva
  • 200g Basal imqatta’ tal-Mayor
  • 50g kappar tal-Mayor
  • 50g Żebbuġ tal-Mayor
  • 25g Kunserva Three Hills
  • ½ Tazza nbid bajda
  • 4 Sinniet tewm, imqattgħin
  • Qoxra ta’ lumija maħkuka
  • Nagħniegħ frisk
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar u Melħ mitħun

Qiegħed il-ħut fuq platt kbir u ċatt u roxx ftit bżar u melħ fuqu. Qaxxar u qatta’ t-tewm. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u qalli l-basal u t-tewm. Ħawwad il-ħin kollu. Żid in-nagħniegħ wara ftit minuti u kompli qalli filwaqt li tibqa’ tħawwad. Żid it-tadam mat-taħlita tal-basal u ħawwad. Żid ukoll l-inbid, kunserva u qoxra tal-lumija. Erġa’ ħawwad tajjeb. Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar 30 minuta. Sadanittant, saħħan tajjeb grilja jew taġen non-stick. Sajjar tajjeb il-ħut miż-żewġ naħat. Żid il-kappar u ż-żebbuġ u erġa’ qiegħed it-taġen fuq nar bati għal 5 minuti oħra. Qiegħed biċċa ħuta f’kull platt u ferrex ftit zalza fuqha.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.