Menu

Torti Ħelwin tal-Ġbejniet

Serves 8
Prep Time 30 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 270g għaġina sfiljurata
  • 250g ġbejniet friski tal-Ħanini
  • 6 mgħaref icing sugar
  • 2 mgħaref lewż inkaljat u mfarrak
  • 6 mgħaref ġamm tal-bajtar ta' Savina
  • 2 bajdiet, imħabbtin
  • Ħelu rqiq u żgħir ikkulurit għat-tiżjin
Fi skutella, għaffeġ l-ġbejniet friski, l-icing sugar u l-lewż imfarrak. Iftaħ l-għaġina u aqta' fi tmien ċrieki ta' 10ċm. Idlek kull ċirku bil-ġamm tal-bajtar. Itfa' mgħarfa mit-taħlita tal-ġobon fuq kull biċċa tal-għaġina. Idlek it-truf tal-għaġina b'bajda mħabbta u agħfas biex tagħlaq. Idlek il-wiċċ b'bajda mħabbta u poġġihom fuq karta strazza f'dixx. Aħmi f'temperatura ta' 200 C sakemm jieħdu l-kulur. Kif jiksħu, idlek il-wiċċ bi ftit ieħor ġamm tal-bajtar u żejjen bil-ħelu kkulurit       Riċetta Mill-Kcina ta’ Pawlina 

Comments are closed.