Tiġieġ bil-Pineapple mal-Kuskus u Dipp tal-Avokado
Serves 4
Prep Time 35 mins
Cooking 40 mins
Level low
Ingredjenti
- 1 Larinġa, il-meraq u l-qoxra
- 4 Mgħaref BBQ sauce Meat Boss tal-Pinto's Pride (sweet & tangy)
- Biċċiet tal-felfel..
- 2 Isdra tat-tiġieġ, imqattgħin f'biċċiet
- ½ Pineapple, imqaxxra u mqatta' f'biċċiet
- 1 Bżaru aħmar, imqatta' biċċiet
- Stikek twal tal-injam tal-BBQ
- 200g Kuskus tal-lumi u n-nagħniegħ
- Mgħarfa Zejt taż-żebbuġa
- Ftit weraq frisk tan-nagħniegħ
- 30g Biċċiet tal-lewż inkaljat (Lamb brand)
- 1 Avokado misjura għad-dipp (guacamole)
- 2 lumi aħdar, maqtugħ biċċiet
Ibda billi tħawwad flimkien il-qoxra u l-meraq tal-larinġa, il-BBQ sauce u l-biċċiet tal-felfel. Żid il-biċċiet tat-tiġieġ u ħawwad tajjeb. Ħallihom għal 30 minuta qabel ma tgħaddihom mill-istikek flimkien mal-pineapple u l-bżar aħmar. Itfa' ftit żejt taż-żebbuġa u sajjar fuq il-BBQ sakemm jieħdu l-kulur u jkunu saru. Sadanittant,sajjar il-kuskus bil-misħun u ħallih jixxarrab għal 5 minuti qabel ma tħawdu b'furketta. Itfa' ż-żejt taż-żebbuġa, in-nagħniegħ il-frisk u l-lewż inkaljat. Uża l-aktar avokado misjura sabiex tipprepara d-dipp (guacamole). Sabiex isservi, poġġi l-qoxra tal-pineapple fuq injama apposta u imliha bit-taħlita tal-kuskus. Poġġi l-istikek tat-tiġieġ fuq l-injama u agħmel id-dipp tal-avokado ġo kontenitu fil-ġenb. Żejjen bil-flieli tal-lumi, nagħniegħ u l-felfel.
Ricetta ta’ Aceline Media