Menu

Stuffed Soft Flour Tortillas Baked with Cheese Sauce and Tomato Salsa

Serves 3
Prep Time 15 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 1 Basla, imqattgħa
  • 2 Sinniet tewm, imqattgħin fini
  • 1 Felfel aħmar, imqatta' rqiq
  • 1 Bżaru aħmar, mingħajr żerriegħa u mqatta' f'dadi
  • 200g Ġobon cheddar maħkuk
  • 200g Bott qamħirrun tal-Mayor, mingħajr ilma
  • 2 Mgħaref krema
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • 2 Mgħaref tursin, imqatta'
  • 3 Bottijiet tonn taż-żejt
  • 4 Soft Tortilla wraps
  • 200g Zalza bajda (bechamel)
  • 1 Kuċċarina paprika
  • 2 Tadamiet friski, mingħajr żerriegħa, u mqattgħin f'dadi
  • Ftit weraq tal-insalata
Aqli l-basal, it-tewm, il-felfel u l-bżaru aħmar fi ftit żejt sakemm jirtabu. Neħħi minn fuq in-nar u żid l-qamħirrun, it-tursin, 100g tal-ġobon u ftit bżar u melħ. Żid ukoll it-tonn taż-żejt, il-krema u ħawwad kollox flimkien. Imla r-wraps b'din it-taħlita. Agħmel ftit żejt fuq dixx tal-forn u poġġi r-wraps fuqu. Ħallat il-paprika maz-zalza bajda u ferrex fuq ir-wraps. Itfa' l-kumplament tal-ġobon u sajjar fil-forn f'temperatura ta' 200°C għal 10-15-il minuta jew sakemm jieħdu l-kulur. Sabiex isservi, ferrex ftit żejt taż-żebbuġa, itfa' t-tadam l-imqatta' u ftit weraq tal-insalata fil-wiċċ.°C    for 10-15 minutes or until golden brown. To serve, drizzle with olive oil, sprinkle over the diced tomatoes and serve with the salad leaves on top. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.