Menu

Bebbux Mimli bl-Irkotta u Spinaċi

Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 700g Hanini Irkotta
  • 700g Hanini Irkotta
  • 300g Spinaċi msajra
  • 3 Bajdiet
  • 150g Gobon maħkuk
  • Noċemuskata maħkuka friska
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • Smid
  • Flixkun Mayor Zalza tat-tadam bil-Kunserva.

Ixgħel il-forn 1800C, Gass numru 4. Ġo skutella poġġi l-irkotta. Għaffeġ l-irkotta sakemm tiġi qisha krema. Żid magħha nofs il-ġobon, noċemuskata, bżar u melħ. Ħawwad tajjeb. Qatta l-ispinaċi żgħira u żidha mal-irkotta. Żid il-bajd. Kompli ħawwad sakemm tara li l-ingredjenti kollha tħalltu tajjeb. Imla l-bebbux b’din it-taħlita. Qiegħed il-bebbux mimli fuq platt kbir. Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar. Għamel ftit smid fuq platt ċatt jew fuq biċċa karta oljata. Trid tiksi l-ġnub ta’ kull bebbuxu b’dan is-smid. Dan isir biex waqt it-togħlija l-irkotta ma toħroġx. Bil-mod il-mod itfa l-bebbux fil-misħun. Trid tħallihom ftit ħajjin. Meta jkunu saru neħħi mill-misħun. Trid tagħmel ħafna attenzjoni sew biex ma tweġġax kif ukoll biex ma jinkisrux. Ipprepara dixx tal-forn bi ftit zalza fil-qiegħ. Ibda imla dan id-dixx bil-bebbux mgħolli. Trid tqegħdu jħares ‘il fuq. Ma trid tħalli vojt bejn bebbuxu u ieħor. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ u ġobon maħkuk. Sajjar fil-forn għal madwar 20 minuta. Servi sħun.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.