Menu

Klamari Friski Mimlijin

Serves 2
Prep Time 30 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 4 Klamari friski
  • 200g Flett tal-ħut
  • 1 Small can Mayor Antipasto
  • 1 Abjad tal-bajd
  • 20ml Krema Creamylight tal-Ħanini
  • Ponn nagħniegħ frisk, imqatta’ ftit weraq miżmuma għall-garnish
  • 1 Qarabagħli
  • 1 Kurrat
  • Ftit spinaċi żgħira
Ħallat u għaffeġ flimkien il-ħut, l-abjad tal-bajd, il-krema, in-nagħniegħ u bżar u melħ. Żid it-taħlita tal-antipasto. Naddaf sew il-klamari u neħħi l-biċċa ta' fuq. Imla l-klamari bit-taħlita tal-ħut u uża toothpick sabiex tkun tista' tagħlaqhom. Iggriljahom fuq gradilja msaħħna, u fl-aħħar itfagħhom ftit fil-forn sakemm isiru. Qatta' biċċiet żgħar il-kurrat u l-qarabagħli u sajjarhom ftit sakemm jieħdu l-kulur. Żidhom mal-ispinaċi.   Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.