Klamri l -forn mimlijin
Ingredjenti
- 4 Klamari l-forn mimlijin
- 300g Frak tal-hobz ....l-ahjar li taghmlu minn hobz xott
- 100g Bott basal imqatta' tal-Mayor
- 100g Mushrooms tal-Mayor,imqattghin
- 3 Sinniet tewm, imqattgħin
- Żejt taż-żebbuġa
- Bżar u Melħ
Heat the oven at a temperature of 1800 Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4. Naddaf tajjeb il-klamari. Neħħi l-linka. Qatta’ l-ġewwieni tagħhom f’biċċiet żgħar ħafna u poġġih ġo skutella. Qaxxar it-tewm u qattaghom f’biċċiet żgħar ħafna flimkien mal-faqqiegħ li tkun ħsilt sew u l-basal tal-Mayor. Saħħan ftit żejt ġo taġen fond u qalli l-basal, it-tewm u l-faqqiegħ. Ħawwad il-ħin kollu biex ma tħallix il-basal jiskura għax jagħmel togħma morra. Farrak il-ħobż irqiq ħafna. Uża food processor jekk ikun hemm bżonn. Żid il-frak tal-ħobż fl-iskutella mal-klamari. Ferrex in-nagħniegħ u roxx ftit bżar u melħ. Ħawwad tajjeb. Żid il-basal, tewm u faqqiegħ mat-taħlita. Erġa’ ħawwad u roxx ftit aktar bżar u melħ jekk ikun hemm bżonn. Imla l-klamari b’din it-taħlita. Għalaq it-truf tal-kalamari b’toothpick. Qiegħed il-klamari ġo dixx tal-forn. Żid ftit ilma u sajjar għal madwar 40-45 minuta. Servi sħan ma’ insalata tal-gosti tiegħek, patata jew ross. Jekk trid tista’ sservi wkoll ftit zalza tat-tadam bil-kappar.
Ricetta ta' Anton B. Dougall