Menu

Kannelloni Mimlijin bl-Irkotta u Spinaċi

Serves 10
Prep Time 50 mins
Cooking 40 mins
Level low

Ingredjenti

  • Ingredjenti għaz-Zalza Ħamra:
  • 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 8 sinniet tewm, mfarrkin
  • 3 mgħaref zokkor
  • 2 mgħaref ħall aħmar tal-Pinto’s Pride
  • 4 x 400g bottijiet polpa tal-Mayor (bil-biċċiet tat-tadam)
  • Ftit weraq tal-ħabaq
  • Ingredjenti għall-Wiċċ:
  • 2 x 250g bottijiet mascarpone
  • 3 mgħaref ħalib
  • 85g ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
  • 2 x 125g blalen tal-mozzarella, mqattgħin
  • Ingredjenti għall-Mili:
  • 1kg spinaċi
  • 100g ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
  • 3 x 250g irkotta tal-Ħanini
  • Ftit noċemuskata, mitħun
  • 400g kannelloni
Ibda billi tagħmel iz-zalza tat-tadam. Saħħan iż-żejt f'taġen kbir u aqli t-tewm għal minuta. Żid iz-zokkor, il-ħall, il-polpa, ftit bżar u melħ u ħallih itektek għal 20 minuta waqt li tħawwad minn ħin għal ieħor sakemm tgħaqqad. Żid il-ħabaq u aqsam it-taħlita f'żewġ dixxijiet baxxi tal-forn. Ħallihom joqogħdu. Agħmel zalza billi tħabbat il-mascarpone mal-ħalib, itfa' ftit bżar u melħ u ħallih joqgħod. Itfa' l-ispinaċi f'passatur u ferrex kitla misħun (jaf ikollok bżonn tagħmel dan il-pass ftit ftit). Hekk kif l-ispinaċi tiksaħ, agħsarha mill-ilma. Qattagħha u ħallatha ma' 100g ġobon Pekorin u l-irkotta. Itfa' l-melħ, il-bżar u n-noċemuskata. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200C jew 180C bil-fann numru 6. Itfa' t-taħlita f'borża tal-plastik u aqta' l-kantuniera sabiex timla l-kannelloni. Poġġi l-kannelloni ħdejn xulxin fuq iz-zalza tat-tadam u ferrex iz-zalza tal-mascarpone. Roxx il-ġobon maħkuk fil-wiċċ. Tista' tiffriżahom ngħejjin jew anke msajrin. Aħmi għal 30-35 minuta sakemm jieħdu l-kulur u z-zalza tibda tbaqbaq. Neħħi mill-forn u ħallihom joqogħdu għal 5 minuti qabel ma sservi.

Comments are closed.