Gallettini Forma ta' Brimb
Serves 20
Prep Time 25 mins
Cooking 12 mins
Level low
Ingredjenti
- 70g butir, artab
- 50g butir tal-karawett
- 150g zokkor fin, ismar (caster)
- 1 bajda
- 1 kuċċarina essenza tal-vanilla
- 180g dqiq
- ½ kuċċarina bicarbonate of soda
- 20 Peanut Butter Cups, Rolos jew Maltesers
- 100g ċikkulata tal-ħalib tas-Savina, imqattgħa
- għajnejn għall-icing
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 180C jew 160C bil-fann/gass numru 4 u lesti żewġ dixxijiet tal-forn bil-karta strazza. Ħawwad flimkien il-butir, il-butir tal-karawett u z-zokkor b'magna tal-idejn tal-elettriku, u wara żid il-bajda u l-essenza tal-vanilla. Hekk kif tħallat kollox flimkien, itfa' d-dqiq, il-bicarbonate of soda u kwart ta' kuċċarina melħ. Poġġi 18-20 mgħarfa mit-taħlita fuq id-dixxijiet u ħalli biżżejjed spazju bejn kull waħda. Agħmel ħofra żgħira b'subgħajk fin-nofs tat-taħlita. Sajjar għal 10-12-il minuta jew sakemm ikunu laħqu saru fit-trufijiet imma jkunu għadhom ftit rotob fin-nofs - dan għaliex huma jkomplu jibbiesu ftit hekk kif jiksħu. Ħallihom jiksħu għal ftit minuti qabel ma tpoġġi ċ-ċikkulata fil-ħofra tal-wiċċ (il-Peanut butter cup, ir-Rolo jew il-Malteser). Issa saħħan iċ-ċikkulata fil-microwave jew dewwibha banju marija sakemm tinħall għal kollox. Poġġiha f'piping bag u ħalliha tiksaħ. Agħmel is-saqajn tal-brimb fuq kull gallettina u weħħel l-għajnejn. Ħallihom joqogħdu. Jibqgħu tajbin għal tlitt ijiem f'kontenitur.