Menu

Tagliatelle biz-Zalzett

Serves 4
Prep Time 5 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 20g butir mhux mielaħ
  • Żejt taż-żebbuġa
  • 6 zalzett tal-majjal
  • 350g bott faqqiegħ imqatta' tal-Mayor
  • 1 kuċċarina paprika ħelwa
  • 300ml krema mill-qarsa (soured)
  • ½ mgħarfa mustarda tal-Mayor
  • 150ml stokk tal-laħam tal-Pinto’s Pride
  • 400g tagliatelle
  • Ftit tursin, imqatta'
Saħħan il-butir u ż-żejt f'taġen fuq nar medju. Neħħi l-ġilda taz-zalzett u itfa' biċċiet taz-zalzett fit-taġen. Sajjar għal 5-8 minuti jew sakemm jieħu l-kulur. Żid il-faqqiegħ u sajjar għal 5 minuti oħra sakemm jieħu l-kulur. Itfa' l-paprika u sajjar għal minuta qabel ma titfa' l-krema, il-mustarda u l-istokk. Ħallih itektek u żid ftit bżar u melħ. Sadanittant, sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett, f'borma bl-ilma bi ftit melħ . Żid l-għaġin u nofs it-tursin maz-zalza. Servi fi platti fondi mal-kumplament tat-tursin fil-wiċċ.

Comments are closed.