Menu

450g Spagetti

Serves 4
Prep Time 5 mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 450g Spagetti
  • 9 Mgħaref żejt taż-żebbuġa tas-Savina
  • 2 Sinniet tewm mqattgħin rqaq ħafna
  • 2 mgħaref tursin frisk imqatta'
  • Bżar mitħun frisk u melħ
Imla borma b’ ħafna ilma u meta l-ilma jiftaħ jagħli, żid ftit melħ u itfa' l-għaġin. Sakemm l-għaġin ikun qiegħed isir lesti ż-żejt u t-tewm. Ħu kazzola u fiha għamel 8 mgħaref miż-żejt taż-żebbuġa. Żid it-tewm u ftit melħ. Poġġi l-kazzola fuq nar baxx ħafna u filwaqt li tħawwad il-ħin kollu, sajjar sakemm it-tewm jieħu l-kulur. Itfi n-nar. Kif l-għaġin ikun sar, neħħi mill-ilma u qattru sew. Poġġih fi skutella kbira. Żid miegħu ż-żejt bit-tewm u ħawwad sew. Żid il-bżar, tursin u l-imgħarfa li jkun baqa' taż-żejt taż-żebbuġa. Servi mill-ewwel. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.