Kejk tal-Kexxun bil-Coconut
Serves 10
Prep Time 20 mins
Cooking 70 mins
Level low
Ingredjenti
- 185g butir artab, u ftit żejda għad-dixx
- 185g ħalib tal-coconut tal-Pinto’s Pride
- 250g zokkor abjad fin (caster)
- 250g dqiq self-raising
- 3 bajdiet kbar
- 1 kuċċarina essenza tal-coconut (jekk trid)
- 25g frak tal-coconut
- Għall-icing
- 100g butir artab
- 250g icing sugar
- 2 mgħaref ħalib tal-coconut tal-Pinto’s Pride
- ½ kuċċarina essenza tal-coconut (jekk trid)
- 25g frak jew biċċiet tal-coconut
- ċikkulata bajda bil-coconut, biex iżżejjen (jekk trid)
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 180C jew 160C bil-fann/gass numru 4. Idlek dixx tal-kexxun 900g (10 x 21 x 5ċm) u poġġi karta strazza mill-qiegħ tad-dixx sal-ġnub. Fi skutella kbira, itfa' l-butir, il-ħalib, iz-zokkor, id-dqiq, il-bajd, l-essenza tal-coconut (jekk se tużaha) u l-frak tal-coconut u ħawwad kollox flimkien b'mixer tal-elettriku sakemm jitħallat kollox flimkien. Itfa' t-taħlita fid-dixx u ferrex it-taħlita bin-naħa ta' wara ta' mgħarfa. Aħmi għal 55 minuta - siegħa jew sakemm jogħla l-kejk u jieħu l-kulur. Jekk xħin iddaħħal furketta fin-nofs tal-kejk ma toħroġx nadifa, kompli aħmi għal 5-10 minuti u erġa' ċċekkja. Ħallih jiksaħ fid-dixx għal 10 minuti, u wara neħħi l-kejk bil-karta strazza u ħallih sabiex jiksaħ. Jibqa' tajjeb fil-friża jekk mgeżwer tajjeb għal xahrejn.
Għall-icing, ħawwad il-butir, iz-zokkor, il-ħalib u l-essenza tal-coconut sakemm ikollok taħlita kremuża. Ferrixha fuq il-wiċċ tal-kejk b'sikkina ċatta jew bin-naħa ta' wara ta' mgħarfa u ferrex fil-wiċċ ammont tajjeb ta' biċċiet tal-coconut. Jekk tiggosta, żejjen biċ-ċikkulata bajda bil-coconut.