Ċiċri fuq Ħobż Mixwi
Serves 2
Prep Time 2 mins
Cooking 10 mins
Level low
Ingredjenti
- 1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa, u ftit żejjed
- 100g Bott basal imqatta' tal-Mayor
- 2 kuċċarini chipotle paste
- 250ml zalza ħamra tal-Mayor
- 2 bottijiet 200g ċiċri tal-Mayor, mingħajr ilma
- 2 kuċċarini għasel
- 2 kuċċarini ħall aħmar tal-Pinto’s Pride
- Biċċiet tal-ħobż
- 2 bajdiet friski
Saħħan nofs kuċċarina żejt f'taġen. Żid il-basal l-imqatta' tal-Mayor u sajjar għal 2 minuti. Żid iċ-chipotle paste, iz-zalza ħamra, iċ-ċiċri, l-għasel u l-ħall. Żid ftit bżar u melħ u ħallih itektek għal 5 minuti. Ixwi l-ħobż. Saħħan il-kumplament taż-żejt f'taġen u aqli l-bajd. Ferrex ftit żejt fuq il-ħobż mixwi u itfa' ċ-ċiċri fil-wiċċ u l-bajd moqli.