Menu

Shellfish Risotto

Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 40 mins
Level low

Ingredjenti

  • 750g stokk tal-ħut magħmul bl-ispoon stock
  • 240g ross tat-tip arborio
  • 200g taħlita ta’ frott tal-baħar tal-gosti tiegħek
  • 100g Bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 60g piżelli tal-Mayor (miż-żgħar)
  • ½ bżaru aħmar ħelu maħsul u mqatta’ rqiq
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Ftit turmeric
  • Bżar mitħun frisk u melħ

Saħħan ftit żejt f’taġen kbir u qalli l-basal. Ħawwad il-ħin kollu. Żid ir-ross malli l-basal ikun se jibda jieħu l-kulur. Ħawwad tajjeb u roxx ftit turmeric. Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar 7 minuti. Żid il-misħun u kompli sajjar dejjem fuq nar baxx. Dejjem żid misħun jekk tara li jkun meħtieġ ftit aktar likwidu waqt is-sajran. Żid il-piżelli, il-bżar aħmar u l-frott tal-baħar wara xi 25 minuta. Roxx ftit bżar u melħ u kompli sajjar sakemm ir-ross isir sew. Servi sħun. 

Ricetta ta' Anton B Dougall

Comments are closed.