Menu

Risotto bis-Salamun

Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 60 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 stokk tat-tiġieġ
  • 4 biċċiet tas-salamun
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 50g Butir
  • 100g Bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 1 sinna tewm, imfarrka jew maħkuka fina
  • 250g ross arborio
  • 300ml inbid abjad
  • 100g piżelli tal-friża
  • Meraq ta' nofs lumija, u l-qoxra
  • 50g ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk u ftit żejjed sabiex isservi
F'kazzola, ħalli l-istokk tat-tiġieġ itektek fuq nar medju. Żid is-salamun u ħallih jagħli għal 6 minuti jew sakemm ikun kważi sar. Neħħi s-salamun mill-istokk u ħallih jiksaħ għal 2-3 minuti qabel ma tneħħi l-ġilda. Ħalli l-istokk fuq nar baxx jew itfih u ħallih bl-għatu sabiex ma jiksaħx. Saħħan iż-żejt u nofs il-butir f'taġen kbir fuq nar baxx. Kif jinħall il-butir, itfa' l-basal u sajjar għal 10-12-il minuta sakemm jirtab ftit. Itfa' t-tewm, ħawwad u sajjar għal minuta qabel ma titfa' r-ross għal 2 minuti. Żid l-inbid, għolli ftit in-nar u sajjar għal 4-5 minuti sakemm jinxtorob. Ħalli t-taġen fuq in-nar u itfa' kwart mill-istokk tat-tiġieġ u ibqa' ħawwad sakemm jinxtorob, għal madwar 4-5 minuti. Irrepeti dal-proċess għal tliet darbiet kull darba li jkun inxtorob l-istokk. Fl-aħħar kwart, żid ukoll il-piżelli u l-biċċiet tas-salamun. Itfa' l-bżar u kompli sajjar għal 3 minuti sakemm isir ir-ross u jkunu saħnu l-piżelli u s-salamun. Jekk ikun hemm bżonn, żid ftit misħun sabiex isir għal kollox ir-ross. Neħħi r-ross minn fuq in-nar u ħawwad miegħu l-kumplament tal-butir, il-meraq tal-lumi u l-ġobon maħkuk. Jekk trid ferrex il-qoxra tal-lumija u servi minnufih.

Comments are closed.