Menu

Roast Summer Vegetables & Chickpeas

Serves 4
Prep Time 20 mins
Cooking 50 mins
Level low

Ingredjenti

  • 3 qarabagħli, imqatta' kbir
  • 1 brunġiela, imqattgħa f'biċċiet kbar
  • 3 sinniet tewm, mqattgħin
  • 2 bżar aħmar, mingħajr żerriegħa u mqatta' kbir
  • 2 patata, mqaxxra u mqattgħa f'biċċiet kbar
  • 100g Bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 1 mgħarfa żerriegħa tal-kosbor
  • 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 400g bott polpa tal-Mayor
  • 400g bott ċiċri tal-Mayor, maħsulin u msaffin
  • Ftit kosbor frisk, imqatta'
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 220C/200C bil-fann/gass numru 7. Itfa' l-ħaxix f'dixx kbir tal-forn maż-żerriegħa tal-kosbor, ħafna miż-żejt taż-żebbuġa u bżar u melħ. Ferrex kollox f'saff wieħed u ixwi għal 45 minuta, waqt li tħawwad il-ħaxix xi darba jew darbtejn sakemm jieħu l-kulur. Poġġi d-dixx fuq nar baxx, żid il-polpa u ċ-ċiċri. Ħallih itektek u ħawwad. Żid ftit bżar u melħ, żejt taż-żebbuġa u l-weraq tal-kosbor. Servi mill-istess dixx jew aqleb f'dixx ieħor. Kul ma' biċċiet kbar tal-ħobż.

Comments are closed.