Qargħa Ħamra l-Forn bil-Krema
Serves 6
Prep Time 10 mins
Cooking 105 mins
Level low
Ingredjenti
- 1 ½kg qargħa ħamra
- 300ml krema tal-Ħanini għat-tisjir
- 150ml ħalib
- 3 sinniet tewm, mitħunin
- 2 kuċċarini weraq tas-sagħtar
- 85g ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 150C jew 130C bil-fann, gass numru 2. Aqta' l-għatu tal-qargħa ħamra u naddafha miż-żerriegħa u l-ħjut u poġġiha f'dixx tal-forn. Sadanittant saħħan il-krema, il-ħalib, it-tewm u ħafna mis-sagħtar, mal-bżar u l-melħ. Kif jisħon sew, itfa' din it-taħlita fil-qargħa ħamra u żid 50g tal-Pekorin. Għatti l-qargħa ħamra bl-għatu tagħha stess. Sajjar għal siegħa u nofs, neħħiha mill-forn u għolli t-temperatura għal 200C jew 180C bil-fann, gass numru 6. Neħħi l-għatu tal-qargħa ħamra, itfa' ftit bżar u l-kumplament tal-ġobon u sajjar għal kwarta oħra sakemm tieħu l-kulur. Xerred il-kumplament tal-weraq tas-sagħtar. Aqla' l-qalba tal-qargħa ħamra bil-krema tal-ġobon fi platti fondi u serviha mal-ħobż mixwi bħala l-ewwel platt.