Langas fl-inbid Ahmar Ghad-dijabetici
Serves 4
Prep Time 5 mins
Cooking 12 mins
Level low
Ingredjenti
- 4 Langasiet
- Zokkor ghad-dijabetici
- Tazza nbid aħmar
- Ilma
- 10 imsiemer tal-qronfol shah
Qaxxar il-lanġas u neħħilu biċċa min-naħa t’isfel biex ikun jista’ jieqaf. Poġġih ġo kazzola żgħira. Żid l-inbid u l-imsiemer tal-qronfol u ilma biżżejjed li jgħatti l-lanġas. Poġġi fuq nar moderat sakemm it-taħlita tifaħ tagħli. Baxxi n-nar u kompli sajjar sakemm isir il-lanġas. Neħħi l-lanġas misjur mill-kazzola u poġġih ġo dixx. Dan il-lanġas jittiekel kemm sħun kif ukoll kiesaħ. Tista’ sservi ftit jogurt light miegħu.
Ricetta ta' Anton B. Dougall