Menu

Ravjul bil-Qaqoċċ, Kurrat u Lumi

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 280g bott qaqoċċ tal-Mayor
  • 1 kurrat, imqatta' fin
  • 1 sinna tewm
  • 3 mgħaref ġobon kremuż
  • Qoxra ta' lumija u l-meraq tagħha
  • 250g pakkett ravjul tal-ispinaċi u l-irkotta tad-Divini
  • Insalata u ġobon Pekorin tal-Ħanini maħkuk
Saħħan ftit miż-żejt tal-qaqoċċ f'taġen kbir u żid il-kurrat u t-tewm. Aqli għal 5 minuti fuq nar medju sakemm jirtab il-kurrat. Żid il-qaqoċċ, il-ġobon kremuż u l-qoxra tal-lumija. Żid ftit bżar u melħ u agħsar ftit lumi. Sadanittant, sajjar ir-ravjul skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Saffih u żidu fit-taġen mat-taħlita tal-qaqoċċ u ħallat kollox flimkien. Servih ma' ftit insalata fil-wiċċ u jekk tiggosta ftit Pekorin maħkuk.

Comments are closed.