Qatta' l-fenek f'dadi ta' 2ċm. Saħħan taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa u sajjar il-fenek sakemm jieħu ftit kulur. Neħħih mit-taġen u żid il-karrotti, basal, karfus u tewm fl-istess taġen u sajjar sakemm jieħdu ftit kulur. Itfa' l-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar mal-kunserva u kompli sajjar għal minuta oħra. Erġa' poġġi l-fenek fit-taġen, itfa' l-inbid u ħallih jinxtorob. Żid l-istokk, tazza ilma, it-tadam u l-patata u ħallih itektek għal kwarta. Meta jkun lest, neħħih minn fuq in-nar u żid il-piżelli. Sadanittant, poġġi l-għaġina sfiljorata f'dixx tat-torti ta' 20ċm u itfa' t-taħlita tal-fenek u erġa' għatti bl-għaġina. Idlek il-wiċċ tal-għaġina b'bajda mħabbta u sajjar fil-forn f'temperatura ta' 175°C għal 35 minuta jew sakemm tieħu l-kulur.

Ricetta ta’ Aceline Media