Menu

Kustilji tal-Majjal bl-Għasel u t-Tewm

Serves 2
Prep Time 5 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 2 mgħaref għasel
  • 1 mgħarfa Pinto’s Pride Soy Sauce
  • 1 kuċċarina Pinto’s Pride Rice Vinegar
  • 3 sinniet tewm, imqattgħin fini u mitħunin
  • 1 mgħaref żejt
  • 1 mgħaref butir bla melħ, mdewweb
  • 2 kustilji tal-majjal
  • Tursin frisk, sabiex isservi (jekk tiggosta)
Ħallat flimkien l-għasel, is-soy sauce, il-ħall u t-tewm fi skutella żgħira. Fi skutella oħra, ħallat flimkien iż-żejt u l-butir. Saħħan taġen bil-gradilja fuq nar għoli sakemm jiġi jaħraq. Idlek il-kustilji tal-majjal bit-taħlita taż-żejt u l-butir, itfa' ftit melħ u bżar u sajjar għal 4-6 minuti u f'nofs sajran dawwarhom. Neħħi l-kustilji mit-taġen u idlikhom bit-taħlita tal-għasel fuq iż-żewġ naħat. Erġa' poġġihom fit-taġen u sajjar għal minuta oħra fuq kull naħa. Ħallihom joqogħdu għal ftit minuti u wara ferrex il-meraq mit-taġen fuq il-kustilji u servi. Jekk tiggosta, ferrex ftit tursin.

Comments are closed.